Kodici fuq l-Imgiba

L-ethos tagħna bħala kulleġġ Salesjan jagħmel parti minn sistema preventiva ta’ edukazzjoni li missierna Don Bosco għaddielna. Don Bosco kien tal-fehma li l-istudenti ma għandhomx jobdu minħabba l-biża’, iżda minħabba l-persważjoni… f’dis-sistema għandha titħalla barra kull xorta ta’ forza, bl-imħabba u l-ġentilezza jkunu dawk li jiggwidaw. Il-politika ta’ mmaniġjar ta’ mġiba titlaq mill- premessa li mġiba tajba għandha tkun meqjusa bħala n-norma. Il-komunità edukattiva ġewwa Savio College għandha r-responsabbiltà li tiżgura li l-valuri tar-rispett għal dak li jkun, għall-oħrajn u għall-ambjent ta’ madwaru jinfluwenzaw l-azzjonijiet kollha tagħna. Ġaladarba din is- sistema tagħmel minn uliedna studenti Kristjani u ċittadini onesti, għandha titqies bħala waħda li qed tagħti l-frott. L-edukazzjoni hija xi ħaġa li tinbet mill-qalb! “ “

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3