Kodici fuq l-Imgiba

15.Oġġetti Projbiti: a. Oġġetti li jistgħu jagħmlu ħsara fiżika: studenti li jkollhom fil-pussess tagħhom dawn it-tip ta’ oġġetti jitteħdulhom u jkollhom jiffaċċjaw konsegwenzi li jinkludu l-kitba u l-iffajljar ta’ rapport (jintbagħat ukoll lill- ġenituri/gwardjani/konjugi) kif ukoll sospensjoni mill-iskola. Każijiet iktar serji jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-istudent jitkeċċa mill-iskola. b. Oġġetti li jistgħu joħolqu distrazzjoni matul il-ħin tal-lezzjoni. c. Oġġetti ta’ valur: l-istudenti huma responsabbli għall-oġġetti tagħhom u m’għandhom qatt iġibu l-iskola oġġetti ta’ valur jew ammonti konsiderevoli jew eċċessivi fi flus kontanti. d. Mowbajls: dawn huma pprojbiti sakemm ma jkunx hemm xi studenti li jingħataw permess speċjali mill-SLT. F’każi bħal dawn il-mowbajls għandhom jitqiegħdu fl-uffiċċju rispettiv ta’ xi wieħed mill-membri tal-SLT fil-bidu tal-ġurnata tal-iskola u mbagħad jittieħdu lura fi tmiemha. Jiġu kkonfiskati mowbajls li ma jkunux iddikjarati u l-ġenituri jintalbu jitilgħu l-iskola biex jiġbruhom. e. Oġġetti tal-ħġieġ: l-istudenti għandhom jużaw kontenituri tal-plastik li jistgħu jintużaw iktar minn darba. f. Sigaretti, alkoħol u sustanzi illegali: l-istudenti ma jistgħu bl-ebda mod ipejpu, jikkonsmaw xorb alkoliku, u jużaw sustanzi pprojbiti bil-liġi. L-istudenti li jinqabdu jikkonsmaw jew fil-pussess ta’dawn l-oġġetti jkollhom jaffaċċjaw konsegwenzi li jinkludu rapport bil-miktub u ffajljat (li jintbagħat lill-ġenituri/gwardjani/konjugi), u sospensjoni mill-iskola. F’każijiet iktar serji, l-iskola tinforma lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi bl- abbuż u l-istudent jitkeċċa mill-iskola. g. Materjal pornografiku: studenti li jkollhom fil-pussess tagħhom jew ixerrdu ma’ studenti oħra tali materjal jiġu mwiddba u jingħataw pariri skont il-każ. Jinkiteb rapport li jiġi ffajljat u jintbagħat lill-ġenituri/gwardjani/konjugi. F’każijiet iktar serji, l-istudent jinżamm wara l-ħin tal-iskola, jew ikollu jitla’ l-iskola s-Sibt, jew jiġi sospiż għal xi żmien skont kif jiddeċiedi l-SLT. Imġiba Mixtieqa: l-istudenti m’għandhomx iġibu oġġetti pprojbiti ġewwa l-iskola. 14

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3