Kodici fuq l-Imgiba
9. Kodiċi fuq l-ilbies: L-uniformi formali tal-iskola għall-istaġun tax-xitwa hija magħmula minn: a. Qmis bajda b. L-ingravata tal-iskola c. Qalziet griż d. Flokk griż bl-għonq forma ta’ V e. Par kalzetti griżi jew suwed f. Ġlekk aħdar bl-emblema tal-iskola fuq il-but tas-sider Tista’ tintlibes ġakketta tax-xita jew tal-bard ta’ kulur blu skur, aħdar jew iswed għal meta tkun ix-xita jew ikun il-bard. L-uniformi formali tal-iskola għall-istaġun tas-sajf hija magħmula minn: a. Polo Shirt aħdar bl-emblema tal-iskola fuq il-but tas-sider. b. Qalziet griż c. Par kalzetti griżi jew suwed L-uniformi tal-isports tikkonsisti f’Polo Shirt abjad u t-tracksuit uffiċjali tal-iskola. Hemm ukoll fleecy jersey ta’ lewn ikħal marin (marine blue) għall-istaġun xitwi. Hemm ukoll it-t-shirt tal-House tal-iskola, bil-kuluri jvarjaw minn aħmar għal iswed, blu jew aħdar, li jiddependi mill-House li l-istudent ikun imsieħeb fiha. Imġiba mixtieqa: l-uniformi formali tal-iskola jew it-tracksuit għandha tintlibes mill-istudent fi triqtu lejn u lura mill-iskola, skont kif mitlub mill- SLT. Ix-xagħar għandu jinżamm fi stil u tul skont kif jaħsbu li hu xieraq il-membri tal-SLT u kif jixraq f’ambjent ta’ skola sekondarja. Imsielet mhumiex permessi. 10.Xogħol tal-iskola u Xogħol għad-dar (School and Homework) : Jekk ix-xogħol li jsir fl-iskola jew ix-xogħol għad-dar isir bi traskuraġni, jingħata tard, jew ma jingħatax, l-istudent jitnaqqsulu l-Achievement Points skont il-każ. Jekk din l-imġiba tkun konsistenti, il-ġenituri/gwardjani/konjugi jiġu infurmati, u jekk l-SLT jħoss li jkun jixraq, isejjaħ għal laqgħa mal-ġenituri/ gwardjani/konjugi. Studenti li juru tendenza negattiva jintalbu jibqgħu ġewwa fil-brejk, jew joqogħdu wara l-ħin tal-iskola, jew jitilgħu l-iskola s-Sibt biex jagħmlu x-xogħol nieqes jew li jkun sar bi traskuraġni. 9
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3