Kodici fuq l-Imgiba
6. L-użu ta’ lingwaġġ offensiv, lingwaġġ baxx jew dagħa: min jagħmel l-offiża jiġi mwiddeb u infurmat minnufih li tali lingwaġġ mhux aċċettat. L-inċident għandu jkun irrappurtat lill-Koordinatur tal-Kura Pastorali u/ jew lill-SLT. L-SLT jieħu miżuri meħtieġa skont is-serjetà tal-każ u dawn jistgħu jkunu: rapport bil-miktub u ffajljat (li jintbagħat lill-ġenituri/gwardjani jew konjugi), l-istudent jintalab jibqa’ wara l-ħin tal-iskola, jintalab jitla’ s-Sibt, jew jiġi sospiż għal xi ġranet. F’każ li l-inċidenti jibqgħu għaddejjin jittieħdu miżuri eħrex. Imġiba mixtieqa : l-istudenti għandhom ikellmu lil xulxin u lill-għalliema tagħhom bl-edukazzjoni kollha mistennija. 7. Theddid, iffastidjar u aggressjoni fiżika: Dawn it-tipi ta’ mġiba mhumiex mixtieqa u għandhom jitqiesu bħala xi ħaġa serja. Għalhekk għandhom jiġu informati minnufih il-Koordinatur tal-Kura Pastorali u/jew xi membru tal-SLT. Il-ġenituri/gwardjani/konjugi tal-partijiet involuti għandhom ikunu infurmati minnufih permezz ta’ rapport miktub u ffajljat. L-aggressur jingħata pariri fuq modi ta’ kif għandu jrażżan aħjar ir-rabja tiegħu, u jista’ wkoll jiġi rreferit lil professjonisti oħrajn. It-theddid, l-iffastidjar u l-aggressjoni fiżika għandhom jieqfu u ma jirrepetu qatt ruħhom. L-SLT jistgħu jirrikorru għal numru ta’ konsegwenzi, skont il-gravità tal-każ, bħal: li l-istudent jibqa’ wara l-ħin, jitla’ s-Sibt l-iskola, jew tingħatalu sospensjoni. L-aggressur jista’ jitkeċċa mill-iskola f’każ ta’ aggressjoni fiżika severa, inċidenti ripetuti, jew jekk l-aggressjoni tkun fuq membru tal-istaff akkademiku kif ukoll staff mhux akkademiku. Imġiba mixtieqa : l-istudenti għandhom jitrattaw lil xulxin u lill-edukaturi tagħhom b’manjiera kalma u paċifika mingħajr klima ta’ theddid. 8. Attendenza u Puntwalità: Jekk student ikun se jitlef ġurnata skola għandu jippreżenta nota mingħand xi ġenitur/gwardjan/konjugu għall-ġurnata jew jumejn li matulhom se jkun nieqes. Għal tlett ijiem jew iktar ta’ ġranet assenti, l-istudent għandu jġib miegħu ċertifikat tat-tabib. Għandhom jingħataw punti għal min jiġi l-iskola fil-ħin u għandhom jitnaqqsu f’każ ta’studenti li jaslu tard għal-lezzjonijiet. F’każijiet fejn l-istudent ifalli ħafna mill-iskola jew jiġi tard ripetutament, il-ġenituri jiġu avżati, u jekk l-istudent jibqa’ jfalli, l-awtoritajiet tal-edukazzjoni jiġu informati. Imġiba mixtieqa : L-istudenti huma mistennija jattendu għall-ġranet kollha tal-iskola u jkunu puntwali għal-lezzjonijiet kollha u mhux biss għall-ewwel waħda. 8
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3