Kodici fuq l-Imgiba
3. Tfixkil waqt il-lezzjoni: Matul ilezzjoni l-għalliem għandu jrażżan kull imġiba mhix mixtieqa minn xi student/i. Jitnaqqsu l-punti (achievement points) lill-istudent/i skont il-każ. F’każijiet iktar serji jew meta tali mġiba tibqa’ tirrepeti ruħha, l-SLT għandu jiġi mgħarraf sabiex tittieħed azzjoni. Il-ġenituri/gwardjani/konjugi jintalbu jitilgħu l-iskola għal laqgħa sabiex din l-imġiba ta’ tfixkil ma tibqax għaddejja. Imġiba mistennija: l-istudenti għandhom jikkoperawmal-għalliema matul il-lezzjoni u għandhom iġibu ruħhom tali mod li jkun hemm atmosfera ta’ tagħlim; m’għandhom qatt ifixklu lill-edukatur jew lil studenti oħra. 4. Ibbulljar (inkluż l-ibbulljar bl-internet magħruf bħala Cyberbullying): Kull każ ta’ bbulljar għandu jiġi mgħarraf lill-Koordinatur tal-Kura Pastorali. Min-naħa tiegħu dan jinforma lill-SLT. Tiġi addottata sistema fejn il-buli ma jitqiesx bħala ħati. Il-Koordinatur tal-Kura Pastorali u/jew xi membru tal-SLT jgħin lill-buli sabiex jifhem il-ħsara li jkun qed jikkawża lill-vittma. Il-buli għandu mnejn jintalab jara preżentazzjoni fuq il-konsegwenzi tal- ibbulljar u kif dawn jistgħu jaffettwaw lill-vittmi. Il-buli jintalab jgħin lill- vittma għal xi żmien. Jekk l-ibbulljar ikun mifrux u wieħed qawwi, aġenziji ta’ sapport oħra u/ jew professjonisti jistgħu jintalbu jintervjenu. Il-ġenituri/gwardjani/konjugi, kemm tal-buli kif ukoll tal-vittma, jiġu infurmati. Jekk l-ibbulljar jibqa’ sejjer u ma jiqafx, il-buli jkun sospiż mill-iskola, u jekk l-ibbulljar ikompli għaddej wara li jkunu ngħataw biżżejjed twissijiet, imbagħad il-buli jitkeċċa mill- iskola. Imġiba mixtieqa: l-istudenti għandhom jitrattaw lil studenti oħra bħalhom kif ukoll lill-edukaturi tagħhom b’rispett, kemm fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll fuq il-mezzi soċjali. 5. Konflitti Interpersonali (mhux vjolenti): f’każijiet mhux kbar, il-partijiet involuti jintalbu jattendu għal laqgħa ta’ medjazzjoni jew laqgħa madwar mejda sabiex jiġi trattat kif jixraq il-każ. Min-naħa l-oħra, f’każijiet serji, il-ġenituri/gwardjani/konjugi tal-partijiet ikkonċernati jiġu infurmati. Il- konsegwenzi li jistgħu jittieħdu jistgħu jkunu; kitba ta’ rapport, jew break- ins, jew li l-buli jibqa’ wara l-ħin tal-iskola, jew ikollu jitla’ s-Sibt, jew tingħatalu sospensjoni ta’ xi ġranet, li jingħataw skont kif jaħsibha dwar il-każ it-tim tal-SLT u skont kemm ikun gravi l-każ. Imġiba mixtieqa: l-istudenti għandhom isolvu kull konflitt li jkollhom b’rispett u mingħajr vjolenza. 7
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3