Kodici fuq l-Imgiba

1. Diżrispett: F’każijiet żgħar ta’ diżrispett, ikun biżżejjed li ssir apoloġija bil- miktub jew verbali. Jekk il-każ ikun sar quddiem oħrajn, l-apoloġija tkun trid issir quddiem l-oħrajn ukoll. F’każijiet iktar serji, jintbagħat rapport bil-miktub lill-ġenituri/gwardjani/ konjugi u dan jinżamm ġo fajl għal referenza fil-ġejjieni. Jekk il-każ ikun serju ħafna, min jagħmel ir-reat jintalab joqgħod ‘il bogħod mill-iskola għal numru ta’ ġranet, skont il-gravità tal-inċident, u jitħalla jirritorna l-iskola akkumpanjat mill-ġenituri/gwardjani/konjugi biss meta juri li hu tabilħaqq iddispjaċut għal dak li jkun għamel. Imġiba mixtieqa: Għandu jkun hemm rispett minn min qed jitgħallem lejn l-edukaturi kif ukoll mill-edukaturi lejn min qed jitgħallem; hekk ukoll mill- ġenituri/gwardjani/konjugi lejn l-edukaturi u viċi versa. 2. Ħsara u Vandaliżmu: Ikun l-SLT 1 li jiddeċiedi jekk l-oġġett li jkun saritlu ħsara jissewwiex jew jiġix imħallas minn min wettaq il-ħsara. Min jagħmel ir-reat jista’ jintalab jassisti lill-ħaddiema li jieħdu ħsieb it-tindif fl-iskola f’xi xogħol manwali bażiku. Jekk il-ħsara jew vandaliżmu ssir fuq proprjetà ta’ studenti oħrajn, dak li jagħmel il-ħsara jintalab iħallas għall-ħsarat li jkun wettaq jew jibdel f’wieħed ġdid l-oġġett imħassar. Jekk il-ħsara ssir fuq oġġett li hu ta’ xi membru tal-istaff, l-inċident jitqies bħala offiża serja ħafna u minbarra li jsir rapport bil-miktub, il-ġenituri/gwardjani/konjugi jintalbu jitilgħu l-iskola għal laqgħa u l-istudent jiġi sospiż mill-iskola għal perijodu ta’ żmien skont kif jiddeċiedi l-SLT. F’każijiet li jistgħu jitqiesu bħala serji ħafna mill-SLT u l-partijiet involuti, jintalbu sabiex jintervjenu l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Imġiba mixtieqa: l-istudenti għandhom jużaw il-proprjetà tal-iskola b’kawtela u b’ordni, mingħajr ma jagħmlu ħsara apposta lill-proprjetà jew inħawi differenti tal-iskola. L-istess mod, l-istudenti għandhom jitrattaw b’rispett il-proprjetà ta’ studenti oħra u tal-edukaturi. 1 SLT: Senior Leadership Team jiġifieri t-tim tat-tmexxija tal-iskola. Dan hu magħmul mis-surmast, jew il-kap tal-iskola, u l-assistent kap. 5

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3