Kodici fuq l-Imgiba

13.Ħin it-trasport tal-Iskola: L-SLT għandu jitlob numru ta’ studenti responsabbli magħżula biex jagħmluha ta’ osservaturi siekta. Dawn min- naħa tagħhom jirrappurtaw lill-SLT kull imġiba mhix mixtieqa. Imġiba bħal din fuq it-trasport tal-iskola jkollha konsegwenzi li jistgħu jvarjaw, minn twissijiet sempliċi bil-fomm, għal kitba u ffajljar ta’ rapport (li jintbagħat lill-ġenituri/ gwardjani/konjugi), u sospensjoni parzjali, jew sħiħa, mill-użu tat-trasport tal-iskola. Imġiba mixtieqa: l-istudenti għandhom jifhmu li t-trasport tal-iskola huwa estensjoni tal-bini tal-iskola, u għalhekk l-imġiba fuq il-mezzi tat-trasport tal-iskola għandha tkun fuq l-istess livell mistenni minnhom daqslikieku qegħdin fil-bini tal-iskola. Fil-fatt, din l-imġiba tapplika wkoll għal meta jkunu lebsin l-uniformi tal-iskola, inkluż l-ilbies uffiċjali tal-isports. 14.Inħawi pprojbiti(Out of bounds): Filwaqt li l-Kulleġġ Savio għandu l-għan li jkun it-tieni dar għall-istudenti kollha billi jżomm il-postijiet ipprojbiti (out of bounds) kemm jista’ jkun mill-inqas, l-istudenti xorta waħda m’għandhomx jidħlu jew jgħaddu minn xi nħawi matul il-ħinijiet tal-iskola. Dawn jinkludu: il-post tal-ipparkjar tal-karozzi, l-għelieqi ta’ madwar l-iskola, il-garaxxijiet u l-workshops ta’ maġenbhom, in-naħat tal- live-in, u d-daħla l-qadima tal-iskola. Xi nħawi oħra m’għandhomx jidħlu fihom l-istudenti dment li ma jkunux akkumpanjati minn xi Salesjan jew minn xi edukatur jinkludu l-kmamar ta’ madwar il-Kappella, is-sala l-kbira tal-isports, in-naħa tal-kmamar tal-logħob (games rooms) u tal-gym. Matul il-ħin tal-brejk l-istudenti la jistgħu jidħlu fil-klassijiet u lanqas jużaw il-kmamar fejn jittieħed il-kafè (coffee area) sabiex joħorġu jew jidħlu fl- iskola, Dan jgħodd ukoll għal-inħawi tal-live-ins/kappella f’każ li ma jkunux akkumpanjati minn xi edukatur, dejjem jekk ma jkollhomx xi problema ta’ immobiltà. Studenti li jabbużaw jiġu mwissija bil-fomm, iżda jekk l-offiżi jibqgħu għaddejjin jittieħdu miżuri iktar serji, bħal kitba u ffajljar ta’ rapport, jew l-istudent jintalab jibqa’ wara l-ħin tal-iskola. Imġiba mixtieqa: l-istudenti m’għandhomx jidħlu jew jgħaddu minn inħawi pprojbiti (out of bounds). 13

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3