Kodici fuq l-Imgiba
l-assistent kap jagħmel is-superviżjoni fil-kuritur tas-sular ta’ fuq matul filwaqt li l-kap tal-iskola jagħmel is-superviżjoni fil-kuritur tas-sular ta’ isfel. Il-ħin tal-brejk il-qasir: dan il-brejk ta’ 20 minuta għandu jservi għall- istudenti sabiex jieklu l-ikla ħafifa li jġibu magħhom. Għandhom joħorġu mill-klassi bil-galbu u jimxu lejn il-piċċ tal-volibol. Għandhom iġibu ruħhom kif inhu xieraq u b’rispett waqt li huma jkunu assistiti minn Salesjani, għalliema u assistenti fit-tagħlim (LSAs) skont min ikun imissu. Il-ħin tal-brejk it-twil: l-istudenti huma mistennija jbiddlu għall-ħwejjeġ tal-isports u jieħdu sehem fil-kampjonati u attivitajiet sportivi kif ukoll għal kull inizjattiva oħra ppjanata mill-iskola għal waqt dan il-brejk it-twil. L-istudenti jkunu assistiti b’mod volontarju minn numru ta’ Salesjani, għalliema, assistenti fit-tagħlim (LSAs) skont min imissu. L-istudenti għandhom iġibu ruħhom kif xieraq u b’rispett, u għandhom isegwu l-istruzzjonijiet li jingħatawlhom minn dawk li jkunu qed jassistuhom. Il-kamra tat-tibdil (Changing Rooms): qabel u wara l-brejk it-twil, l-istudenti għandhom imorru lejn il-kamra tat-tibdil sabiex ibiddlu għall- ħwejjeġ tal-isports jew għall-uniformi, skont xi jkun l-ordni tal-ġurnata. Huma jkunu taħt is-superviżjoni ta’ xi Salesjan jew xi membru tal-istaff. L-istudenti għandhom ibiddlu malajr u jsegwu l-istruzzjonijiet mogħtija lilhom minn dawk li jkunu qed jissorveljawhom. Matul dan il-brejk iż-żewġ bibien li jagħtu għall-kurituri tal-klassijiet għandhom jissakkru. Waqt l-istennija tat-trasport tal-iskola: fi tmiem il-jum tal-iskola l-istudenti għandhom imorru bil-galbu lejn il-post li minnu għandhom jirkbu jew jistennew it-trasport tal-iskola, skont xi jkun il-każ. Huma jkunu assistiti minn tal-anqas żewġ Salesjani. L-istudenti għandhom iġibu ruħhom b’ċerta ordni u għandhom jimxu fuq l-istruzzjonijiet li jingħatawlhom minn dawk li jkunu qed jassistuhom. Imġiba mhix mixtieqa matul dan il-ħin għandha tiġi rrappurtata lill- Koordinatur tal-Kura Pastorali u/jew lill-SLT, b’dawn tal-aħħar jirrikorru għall-konsegwenzi skont il-gravità tal-każ, u li jistgħu jkunu: kitba u ffajljar ta’ rapport, joqogħdu ġewwa waqt il-brejk it-twil, jibqgħu għal ammont ta’ ħin wara l-ħin tal-iskola, jitilgħu l-iskola s-Sibt filgħodu, jew sospensjoni mill-iskola. 12
Made with FlippingBook
RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3