Kodici fuq l-Imgiba

Imġiba mixtieqa: l-istudenti għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jipproduċu xogħol tal-iskola u tad-dar ta’ kwalità li juri li sar b’kura, impenn u dedikazzjoni, kemm fil-kontenut kif ukoll fil-preżentazzjoni. Kull xogħol għandu juri min għamlu, għalhekk irid ikun miktub ċar, bl-isem u l-kunjom tal-istudent, kif ukoll bid-data u t-titlu tax-xogħol jidhru ċari. Ix-xogħol għad-dar (Homework) għandu jingħata lill-għalliem/a fil-ħin. Is-sistema tal-Achievement Points għandha tintuża sabiex tippremja lil min jagħmel xogħlu sew u jsir tnaqqis ta’ punti għal xogħol magħmul bi traskuraġni jew mhux sħiħ, jew mogħti tard, jew mhux mogħti. 11.Eskursjonijiet u ħarġiet kulturali: L-istudenti għandhom jindunaw li huma jkunu qed jirrappreżentaw lill-iskola meta joħorġu għal xi eskursjoni jew ħarġa kulturali. L-għalliema u/jew l-assistenti fit-tagħlim (LSAs) għandhom jirrappurtaw kull imġiba mhix mixtieqa li tkun ta’ ċerta serjetà lill- Koordinatur tal-Kura Pastorali jew lil xi membru tal-SLT. Dawn imbagħad jiltaqgħu ma’ min ikun wettaq din l-imġiba mhix mixtieqa. Il-konsegwenzi jvarjaw skont il-gravità tal-każ u jista’ jinkludi kitba u ffajljar ta’ rapport (mibgħut lill-ġenituri/gwardjani/konjugi), jew li l-istudent joqgħod wara l-ħin tal-iskola, jew jiġi mitlub jitla’ s-Sibt. Imġiba mixtieqa : l-istudenti għandhom isegwu l-istruzzjonijiet li jagħtuhom l-għalliema u l-assistenti fit-tagħlim (LSAs) li jkunu magħhom. 12.Imġiba barra mill-iskola : Dan li ġej jgħodd għall-imġiba tal-istudenti barra mill-klassi, prinċiparjament qabel tibda l-iskola, bejn lezzjoni u oħra, matul il-brejk iż-żgħir, matul il-brejk it-twil, fil-ħin li jqattgħu l-istudenti fil- kamra tat-tibdil (changing room), u meta tispiċċa l-iskola. Qabel tibda l-iskola: Hekk kif jaslu l-iskola, l-istudenti għandhom imorru fil-kamra tal-logħob (games room) jew fil-piċċ tal-volibol. Hawnhekk issir l-assistenzaminnmembru/i tal-komunità Salesjana. L-istudenti għandhom isegwu kull istruzzjoni li tingħatalhom u għandhom iġibu ruħhom b’mod ċivili u rispettuż. Matul dan il-ħin l-istudenti ma jistgħux jidħlu fil-klassijiet.. Għandhom ukoll l-għażla li jużaw il-librerija. Matul dan il-ħin ma jistax isir xogħol għad-dar (Homework). Il-ħin ta’ bejn lezzjoni u oħra: l-istudenti għandhom jibqgħu fil-klassi u għandhom jistennew f’ċerta ġabra lill-għalliem li jkun imissu jagħmel il-lezzjoni. Ma jistgħux jaqbdu u joħorġu barra mill-klassi mingħajr il- permess tal-għalliem li jkun imissu jagħmel il-lezzjoni. Bejn lezzjoni u oħra 11

RkJQdWJsaXNoZXIy NjMwMzI3